Mara sfat fil-mira li tiġi mtajra minn karozza wara li nqalgħet ġlieda bejn ħames persuni. Il-każ seħħ fi Triq il-Prinċipessa Margaret limiti tal-Imsida u Ta’ Xbiex viċin ħanut li jbigħ il-karozzi fejn jidher li nqala’ xi diżgwid u allegatament intużat karozza vitz tal-lewn li nstaqet għal fuq mara. Mad-daqqa l-mara taret għal fuq il-vettura kisret il-windscreen. Minkejja li l-mara ntlemħet timxi fuq saqajha jidher li kellha qatgħa fuqha. Fl-istess ġlieda indarab ukoll raġel li qala’ daqqa ta’ ponn f’imnieħru.