Tlett irġiel ġew arrestati wara suspett ta’ attentat ta’ qtil wara li karozza nstaqet fuq grupp ta’ persuni f’Londra.
Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija għal ħabta tal-11:15, wara li l-grupp ta’ persuni ħalla l-lukanda f’Battersear.
Jidher li qabel dan ġara, seħħ argument bejn dawn il-persuni, filfatt 4 t’irġiel oħra ġew arrestati fuq allegat ġlied f’post pubbliku.
B’kollox 7 persuni weġġgħu f’dan il-każ.