Mara tista’ tgħoddha b’waħda wara li l-vettura li kienet qed issuq inħakmet minn nirien fil-Ħamrun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:30 ta’ waranofsinhar meta mara li kienet qed issuq karozza tat-tip Peugeot 106, innutat li kien ħiereġ duħħan mill-karozza tagħha.
Minn hemm hi waqfet fil-ġenb fi Triq il-Kbira San Ġużepp fejn talbet għall-għajnuna.
Pulizija li kienu fuq il-post ippruvaw jitfu n-nirien b’fire extinguisher biss in-nirien kienu wisq kbar.
Minn hemm intalbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.