Membri tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw nirien li ħakmu vettura f’Ta’ Xbiex.
Kien għall-ħabta tan-12:25 li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rrisponda għal sejħa għall-għajnuna wara li vettura li kienet ipparkjata nħakmet minn nirien.
Mal-wasla tagħhom il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw is-sitwazzjoni fi ftit ħin fejn fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.