Karozza nħakmet minn nirien fl-Imsida.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu fil-Wied tal-Imsida meta għal xi raġuni l-vettura nħakmet minn nirien kbar tant li saret ħuġġieġa waħda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.