Għall-ħabta tal-16.30pm karozza nbidlet fi fjamma waħda fi Triq il-Mosta, Ħal Lija. Il-Pulizija waslu fuq il-post u immedjatament għalqu t-triq.
Ftit tal-ħin wara, l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili waslu fuq il-post u kkontrollaw in-nar. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Il-Pulizija qed tavża li kawża ta’ dan l-inċident, fiż-żona hemm it-traffiku u għalhekk is-sewwieqa għandhom jużaw toroq alternattivi.