Sewwieq ta’ karozza tal-linja ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li l-karozza tal-linja li kien qed isuq inħakmet minn nirien f’Birżebbuġa
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:00 fi Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa meta Pulizija li ma kienx xogħol, PC633, ra x-xena u minnufih mar jagħti l-ewwel għajnuna fejn ħareġ lill-passiġġieri li kienu abbord
Minn hemm issejħet l-għajnuna tal-Pulizija u Membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn marru fuq il-post b’mod immedjat u fi ftit ħin kkontrollaw in-nirien
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lis-sewwieq tal-karozza tal-linja wara li beda xi dħaħen.
Intant fi stqarrija l-Malta Public Transport qalet li ħadd ma weġġa’ waqt dan l-inċident u li l-kumpanija qed tikkopera mal-awtoritajiet. L-istqarrija tgħid li l-kumpanija se tkun qed tappunta kumpanija indipendenti sabiex issir investigazzjoni sabiex jiġi identifikat x’wassal għan-nirien.