Ħadd ma weġġa meta karozza ħadet in-nar fi Triq Mraba tas-Sliema tard ilbieraħ filgħaxija.
Dan seħħ għall-ħabta tal-21:15. Għalkemm l-inċident ġibed l-attenzjoni ta’ bosta għaliex deher wieħed drammatiku, il-Pulizija qalet li kollox jindika li kienet problema mekkanika u m’hemmx suspetti oħra.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex in-nirien intfew f’qasir żmien. Hija triq frekwentata ħafna, fil-liwja li twassal għal-Triq is-Sorijiet.