Ħadd ma weġġa’ meta karozza ħadet in-nar fil-mini ta’ Paceville, fi Triq Manuel Dimech. Il-karozza kienet qed tistaq f’direzzjoni lejn il-Belt. Konsegwenza tal-inċident inġema’ ammont kbir ta’ traffiku.
Mill-ewwel stħarriġ jidher li waqt li raġel ta’ 81 sena residenti Pembroke kien qed isuq il-vettura tat-tip Peugeot 106 direzzjoni lejn il-Belt Valletta, għal xi raġuni ħadet in-nar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.
RITRATT: MRTU