Vettura tat-tip BMW 320 ħadet in-nar waqt li kienet qed tinstaq fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00 fi triq Louis Wettinger.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija u kif ukoll membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Din hi t-tieni vettura li ħadet in-nar tul il-jum fejn dalgħodu vann ħa n-nar ħdejn l-Addolorata.
Fortunatament ħadd ma ndarab waqt dan l-inċident.