Karozza ħadet in-nar fit-triq prinċipali tal-Mellieħa. Konsegwenza t’hekk, in-nirien infirxu fuq karozza oħra li kienet ipparkajata fil-viċin.
Il-Pulizija qalet li sid il-karozza waqaf jixtri u ma kienx fil-karozza meta żviluppaw nirien mill-magna tal-karozza. Għal xi ħin, it-triq kienet magħluqa u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post.
Ritratt: The Malta DashCam Survivor -MDCS