Daħna sewda bħalissa telgħet viċin iċ-ċimiterju tal-Addolorata hekk kif karozza fl-inħawi ħadet in-nar. Is-sidien tal-karozza ma weġġgħux iżda ċemplu lil-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili biex jassistuhom fit-tifi tan-nar hekk kif ma setgħux jikkontrollawh waħedhom.Il-membri tal-protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post, in-nar qered is-saqaf u n-naħa ta’ quddiem tal-Audi A2. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-19.00p.m minħabba xi problemi fit-tank tal-petrol.