Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ ta’ karozza li ħadet in-nar fil-Ħamrun. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-03:00, meta diversi residenti qalu li semgħu bħal splużjoni u raw karozza tat-tip Toyota Vitz tieħu n-nar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Robert Vella mill-Għassa tal-Ħamrun, filwaqt li dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.
Diversi esperti maħtura mill-Maġistrat se jkomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom dalgħodu fuq il-post.