Matul il-lejl li għadda għall-ħabta tas-2:00 ta’ filgħodu, karozza tal-għamla Mercedes ħadet in-nar.
L-każ seħħ fi Triq Mountbatten, il-Ħamrun.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri mit-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili tal-Pulizija li kkontrollaw in-nar. Issejħu ukoll Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun.
Huwa mifhum li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Għadu mhux mifhmum jekk in-nar tqabbadx intenzjonalment.
Fuq il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Grezzju Mercieca.