Matul il-lejl għall-ħabta tal-kwarta (0015hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali f’Xatt il-Barriera, il-Belt Valletta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li vettura tat-tip Volkswagen Golf baqat dieħla ġo arblu tad-dawl.
Ix-xufier tal-vettura, ġuvni ta’ 20 sena residenti l-Belt Valletta flimkien ma’ tliet passiġġiera, ġuvni ta’ 18-il sena mill-Belt Valletta, u żewġ tfajliet ta’ 17-il sena residenti San Ġiljan u l-Belt Valletta ttieħdu immedjatament l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post.
Aktar tard, il-ġuvni ta’ 18-il sena ġie iċċertifikat li qiegħed isorfi minn ġrieħi ta’ natura gravi, it-tfajliet ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief filwaqt li x-xufier ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.