L-inċident li seħħ dalgħodu meta karozza nstaqet għal fuq il-barrikat li jiċċirkondaw il-Parlament Ingliż f’Westminster qed jitqies mill-Awtoritajiet bħala attakk terroristiku.
Is-sewwieq tal-karozza qed jinżamm arrestat mill-Pulizija filwaqt li diversi persuni qed jingħataw il-kura fl-Isptar. Minkejja dan, jidher li ħadd minnhom mhu fil-periklu li jitlef ħajtu.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li ma hemm ebda rapporti ta’ Maltin li kunu nvoluti fl-inċident.
L-inħawi ta’ Parliament Square f’Westminster ingħalqet għat-tarffiku sakemm il-Pulizija twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa.
There has been an incident in Westminster – stay safe London. @BBCBreaking @SkyUK pic.twitter.com/UG16XvJJD1
— Ewelina U. Ochab (@EwelinaUO) August 14, 2018
— Ewelina U. Ochab (@EwelinaUO) August 14, 2018