Kmieni waranofsinhar, għall-ħabta tan-12:30, karozza nstaqet għal fuq folla nies fil-belt ta’ Mannheim, fil-Ġermanja.
Uffiċjali tal-pulizija u ħaddiema tas-salvataġġ Ġermaniżi marru minnufih fuq il-post fejn instabet mill-inqas persuna waħda mal-art.
Filmati mxerrdin fuq il-mezzi soċjali wrew uffiċjali tal-ordni jiġru wara persuna suspettata, waqt li diversi affarijiet fiż-żona kienu imferrxin fl-art u persuna mimduda mgħottija.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma mal-midja li, aktar tard, inqabad is-suspettat, raġel ta’ 40 sena, li qed jinżamm mill-forzi tal-ordni għal aktar investigazzjonijiet, fosthom jekk kienx hemm nies oħrajn involuti fit-twettiq tar-reat.
Waqt li l-ewwel indikazzjonijiet huma li weġġgħu serjament numru ta’ persuni, s’issa jingħad li tilfu ħajjithom żewġ persuni.