Karozza tat-tip Toyota kienet dieħla fil-mina ta’ Ħal Kirkop meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll, qabżet is-central strip, spiċċat in-naħa l-oħra tat-triq u daħlet f’mutur.
Sorsi fuq il-post fi Triq San Pietru qalulna li fit-triq jidher li kien hemm ammont ta’ żejt imxerred qabel seħħ l-inċident. Infatti membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu qed ixerrdu materjal biex jevitaw aktar inċidenti.
Jidher li hemm żewġ persuni, raġel sewwieq tal-karozza u mara sewwieqa tal-mutur li ġarrbu xi ġrieħi. Ambulanza tinsab fuq il-post. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jevita l-inħawi minħabba konġestjoni ta’ traffiku.