Il-karozza li kienet qed tinstaq minn Belġjan ta’ 28 sena waqgħet madwar tliet sulari fil-parking MCP, dak li hemm eżatti qabel tidħol il-Belt Valletta.
Huwa ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ fil-11.20am, meta s-sewwieq kien qed jirriversja l-vettura tiegħu Peugeot 2008.
L-investigazzjonijiet tal-Pulzija għadhom għaddejjin.