Minn tal-inqas tmien persuni sfaw midruba fil-belt ta’ New York wara li karozza tal-linja spiċċat nofsha mdendla għat-triq ta’ taħtha.
Jidher illi l-biċċa ta’ quddiem tal-karozza tal-linja spiċċat mdendla madwar 15-il metru għat-triq li tinsab taħtha.
Is-sewwieq tal-karozza tal-linja kien fost dawk midruba u huwa rrappurtat li jinsab f’kundizzjoni serja.