Ix-xufier u l-passiġġiera fuq karozza tal-linja setgħu jgħodduha b’waħda meta din ħadet in-nar fil-Furjana.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16.15 fi Pjazza Emmanuel Tonna.
one.com.mt jinsab infurmat li x-xarabank kienet qed tagħmel il-vjaġġ tagħha meta l-magna għal xi raġuni ħadet in-nar.
Ix-xufier immedjatament niżżel il-passiġġieri u beda’ jitfi n-nirien permezz ta’ fire extinguisher abbord il-karozza tal-linja.
Ftit tal-ħin wara waslu żewġ vetturi tat-tifi tan-nar flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien kompletament.
Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.