Ħadd ma weġġa’ wara li karozza tal-linja baqgħat dieħla f’restaurant fi Triq Gorg Borg Olivier il-Mellieħa. Inċident li seta’ kellu konsegwenzi ħafna agħar, hekk kif fl-istess post hemm bus stop.
L-inċident seħħ fit-triq prinċipali, fid-direzzjoni int u sejjer lejn l-Għadira. Triq li tkun tiżloq ħafna meta tkun ix-xita, speċjalment għall-fatt li hija għan-niżla.
Infatti inċident simili seħħ ftit tas-snin ilu, meta karozza tal-linja oħra daħlet f’ħanut taż-żebgħa li hemm ftit aktar ‘l fuq.