Minn tal-inqas wieħed u għoxrin persuna mietu filwaqt li 15-il persuna oħra jinsabu midruba wara li karozza tal-linja baqgħet nieżla fi xmara fiċ-Ċina.
Huwa mifhum li fost dawk abbord kien hemm numru ta’ studenti li kienu fi triqithom għal eżami.
Fost dawk mejta hemm ix-xufier, li kien ilu jaħdem bħala xufier fuq din ir-rotta partikolari għal dawn l-aħħar tlieta u għoxrin sena.