Ħadd ma ndarab wara li karozza tal-linja baqgħet dieħla f’arblu waqt li kienet qed tinstaq viċin Għar Dalam.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9:45 ta’ dalgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu l-Pulizija, ħaddiema minn Transport Malta kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ineħħu kull tip ta’ periklu li seta’ nħoloq wara t-tixrid ta’ fjuwil kif ukoll tneħħija ta’ ġebel li spiċċa fit-triq.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.