Raġel ta’ nazzjonalita barranija qed isofri minn ġrieħi ħfif wara inċident fi Triq Sant Andrija, is-Swieqi għall-ħabta tal-22.30.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li karozza tal-linja tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’ħajt tas-sejjieħ. Passiġġieri fuq il-karozza tal-linja kien hemm żewġ passiġġieri, raġel barrani li sofra minn ġrieħi ħfif u persuna oħra barranija li ma sofriet l-ebda ġrieħi.
B’xorti tajba is-sewwieqa tal-karozza tal-linja, mara ta’ 47 sena residenti Ħal Qormi ukoll ma sofriet ebda ġrieħi.