Karozza ta’ tal-linja li ftit xhur ilu kienet fuq fomm bosta reġgħet qed tiġi diskussa.
Dan hekk kif sabet ruħha f’mużew tat-trasport fl-Ingilterra.
Il-karozza ta’ tal-linja li ġiet mogħtija l-isem ta’ Patricia, kienet inxtrat mill-kummidjant Johnny Vegas wara li xorob ftit mhux ħażin u spiċċa importaha lejn ir-Renju Unit.
Minn hemm il-karozza kisbet il-fama hekk kif Vegas bidilha u taha dehra ġdida kif kien jistħoqilha.
Hu semmiha Patricia għal ommu li mietet ftit qabel ma ntemm ir-restawrazzjoni fuqha.