Bosta jistennew l-għeluq it-tmintax-il sena biex jibdew jitgħallmu s-sewqan tal-karozza, imbagħad la jkollna l-liċenzja f’idejna erħilna nduru għall-karozza li nkunu ilna żmien noħolmu li jkollna.
Il-karozza tfisser libertà u fl-istess ħin responsabbiltà.
Fl-imgħoddi mhux li tant konna nfittxu l-lussu, laqwa li twassalna minn post għall-ieħor, iżda llum l-istorja hija differenti.
Riċentament qed naraw illi l-użu tal-karozza jkun ħabib tal-ambjent.
Fil-fatt skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juri li fit-tieni kwart tas-sena kien hawn aktar minn tmint elef u tliet mitt karozza elettrika jew hybrid.
Dan l-aħħar ONE News kien mistieden għal tnedija ta’ karozza oħra hybrid fis-suq lokali.
Il-Hyundai Bayon, li ngħaqdet ma’ flotta ta’ karozzi oħra tal-kumpanija li huma tassew ħbieb tal-ambjent u affordabbli.
Il-Manager ta’ Hyundai Malta, Andy Portelli stqarr: “Il-karozzi bilfors imorru hybrid jew full electric. Hyundai hija waħda mil-leading brands li qed tavvanza ħafna fuq din it-teknoloġija.”
Portelli tenna li l-pubbliku inġenerali għad irid aktar tagħrif dwar l-użu ta’ karozzi hybrid u elettriċi għaliex dak huwa l-futur.
Huwa sostna: “In-nies irridu nedukawhom daqsxejn iktar aħna, nagħtuhom informazzjoni aktar. Irridu jew ma rridux għada pit għada ‘l hemm irridu mmorru.”
Din it-tip ta’ vettura, apparti li hija karozza hybrid, fiha ħafna karatteristiċi ta’ intelliġenza artifiċjali li jagħmlu is-sewqan aktar sigur, mhux biss għal kull min ikun qed isuq il-karozza imma wkoll għall-persuni oħra fit-triq.
Dan kien evidenti waqt test tas-sewqan bil-karozza fejn meta ppruvajna nersqu viċin il-bankina waqt li konna qed insuqu, l-isteering awtomatikament ireġġa’ l-karozza fin-nofs tal-karreġġjata.