Ħadd ma weġġa’ meta karozza li kienet ipparkjata f’garaxx ta’ dar fil-Fgura ħadet in-nar.
Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. In-nirien ġew ikkontrollati fi ftit tal-ħin iżda l-karozza laħqet ġarbet ħsarat estensivi.
Fil-garaxx, li jinsab fi Triq il-Kitba, kien hemm żewġ karozzi oħra li ġarrbu diversi ħsarat. Jidher li n-nirien bdew minn waħda mill-karozzi li kienu qegħdin isiru xi xogħlijiet fuqha.