Ħmistax-il persuna, fosthom 14-il mara inqatlu fi splużjoni ta’ karozza bomba li seħħet fuq trasport ta’ ħaddiema tal-agrikoltura fit-Tramuntana tas-Sirja.
15-il mara oħra sfaw feruti mill-blast f’dan l-attakk ftit ’l barra mill-belt ta’ Manbij fil-Lvant ta’ Aleppo.
L-aġenzija magħrufa bħala White Helmets qalu li wħud minn dawk feruti jinsabu f’qagħda kritika u li l-ammont tal-mejta mistennija jiżdied.
L-ebda grupp armat għadu ma ħa responsabbiltà ta’ dan l-attakk.
Dan kien it-tieni attakk ta’ karozza bomba f’Manbij fl-aħħar tliet ijiem. Is-Sibt li għadda żewġt itfal u mara kienu fost erba’ min-nies li nqatlu minn splużjoni fi triq fiċ-ċentru tal-belt.