48 persuna tilfu ħajjithom kawża ta’ karozza bomba f’Baghdad.
Karozza li kienet ipparkkjata bi splussiv splodiet qrib negozant tal-karozzi fejn filwaqt li mietu 48 persuna sfaw midruba ukoll 50 persuna oħra.
Din hija t-tielet splużjoni fi tlett ijiem fejn minn tal-inqas 18-il persuna oħra tilfu ħajjithom f’attakk ieħor li seħħ l-Erbgħa u erba’ persuni oħra tilfu ħajjithom il-jum ta’ qabel.
L-Istat Iżlamiku ħa t-responsabbiltà għal dawn l-attakki.