Karozza bomba ħalliet minn tal-inqas 30 persuna mejta wara li splodiet qrib il-belt kapitali tal-Afganistan, Kabul.
Minn tal-inqas 42 persuna sfaw midruba fl-isplużjoni fejn saħansitra hemm il-possibilità li n-numru ta’ vittmi jiżdied.
L-isplużjoni fid-distrett magħrufa bħala Shia, laqtet karozza tal-linja li kienet qed iġġorr impjegati tal-Gvern.
It-Talibani sostnew li kienu huma li wettqu dan l-attakk fejn kienu qed jimmiraw biex jolqtu uffiċjali partikolari.
Dan hu wieħed fost għexieren ta’ attakki li twettqu mit-Talibani u kif ukoll mill-grupp terroristiku Daesh fl-istess inħawi.