Aktar minn 20 persuna tilfu ħajjithom wara li karozza bomba splodiet fil-kapital tal-Iraq, Baghdad.
L-isplużjoni seħħet fis-suq li jinsab fid-distrett ta’ Shia Amil.
S’issa ħadd ma refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk, iżda kienu diversi attakki simili li għalihom refgħu r-responsabbiltà Daesh.
Dan l-attakk seħħ hekk kif il-forzi tal-Gvern qed jagħmlu l-aħħar sforzi biex jerġgħu jieħdu f’idejhom lil Mosul.
Aktar minn 180,000 persuna ħarbet mill-Punent tal-istess belt tul dan l-aħħar xahar.