Fl-Istati Uniti, il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ karozza tat-tip Tesla Cybertruck sploda quddiem it-Trump Hotel, f’Las Vegas, Nevada. B’dan il-każ wassal biex inqatlu x-xufier u seba’ persuni oħra ndarbu ħafif.
Mill-investigazzjonijiet ħareġ kif din il-karozza kienet mimlija fuel u logħob tan-nar.
Il-Pulizija qed tinvestiga jekk dan il-każ għandu x’jaqsam mal-inċident f’New Orleans, li ħalla 15-il persuna mejta, jew hux inċident iżolat.
Rapporti fil-midja internazzjonali qed tirrapporta kif l-investigazzjoni qed titratta jekk dan il-każ għandux x’jaqsam mal-President elett Amerikan Donald Trump, hekk kif il-lukanda hi tiegħu. Qed tinvestiga wkoll jekk għandux x’jaqsam ma’ Elon Musk, li huwa s-sid tal-kumpanija Tesla.