Kien ikun aħjar li kieku d-Deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina, ressaq mozzjoni biex jiskuża ruħu wara li għal xhur sħaħ,kien parti mill-ikbar gidba politika fl-istorja ta’ pajjiżna. L-inkjesta dwar Egrant tikkonferma li dak li ntqal fuq il-Prim Ministru ma kien xejn għajr kampanja ta’ ħmieġ u gideb li donnu Karol Aquilina għad għandu qalbu marbuta magħha.
Il-Partit Laburista nnota li din hija wkoll mozzjoni sintomatika ta’ min jirrispetta l-istituzzjonijiet biss sakemm jaqblu miegħu.
Kif qal il-Kap Nazzjonalista nnifsu għal iktar minn darba, meta kien għadu jrid ikeċċi lil Simon Busuttil, il-konklużjonijiet dwar Egrant huma ċari kristall. M’hemm xejn li jista’ jibdilhom. U minflok jerġa’ jipprova jibqa’ jirkeb fuq Egrant l-Partit Nazzjonalista għandu jitlob apoloġija.
F’dan l-istadju l-Partit Nazzjonalista għandu jistenna wkoll l-eżitu ta’ kawżi li fetaħ hu stess. Dan jekk tassew jemmen fir-rule of law, temm jgħid il-Partit Laburista.