Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li se jkun qed jagħmel protesta.
Dan qed jagħmlu wara li l-Pulizija bdiet issolvi l-każ mat-48 siegħa wara li seħħet is-serqa ta’ droga mill-kwartieri tal-Armata f’Ħal Safi.
Sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna li kienet ordni mid-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li din il-protesta tissejjaħ minnufih b’attakk b’mod ewlieni fuq il-Prim Ministru u l-Ministri Byron Camilleri u Jonathan Attard.
Fuq dan tal-aħħar hemm l-attakk fuqu għaliex il-Gvern qed iressaq riforma kontra l-abbuż mill-ġustizzja marbuta mal-proċessi tal-inkjesti maġisterjali.
Karol Aquilina insista li din il-protesta ssir anki minħabba l-pressjoni li qed tagħmel l-għaqda Repubblika li fuqha hemm l-influwenza ta’ ħuh, il-President Onorarju Robert Aquilina.
Karol Aquilina huwa magħruf bħala l-Kap de facto tal-Partit Nazzjonalista li jagħtu l-ordnijiet anki lil Bernard Grech.
Ta’ Karol Aquilina għaddiet ukoll ilbieraħ meta Stefan Caruana, imbuttat minn Mark Anthony Sammut, kellu jċedi u jirtira l-kandidatura mill-elezzjoni għal Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Dan biex b’hekk se jtellaq waħdu l-assistent personali ta’ Lawrence Gonzi, Charles Bonello.