Id-Deputat Nazzjonalista u dak magħruf bħala l-Kap vera tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina ħareġ jiġri stqarrija immedjatament wara li l-Qorti Kriminali sabet lil Jason Azzopardi ħati ta’ disprezz u mmultatu jħallas is-somma ta’ €1,000.
F’isem il-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina ħareġ stqarrija mimlija interpretazzjonijiet ta’ botti biex jgħid li l-Qorti kienet pronta sabet ħtija f’Jason Azzopardi.
Ħu l-President onorarju tal-għaqda Repubblika qal li huwa sewwa li l-Qorti tkun effikaċi.
Stqarrija li nies minn ġewwa d-Dar Ċentrali kellmuna minnufih u qalulna li l-Kap de facto tal-Partit Nazzjonalista għamel l-unika ħaġa pronta mill-partit, dik ta’ difiża għal Jason Azzopardi.
Azzopardi li dejjem jingħata refuġju mill-partit ta’ Bernard Grech tant li anki meta joħroġ ta’ giddieb, dakinhar stess jingħata spazju biex jitkellem fuq it-televiżjoni tal-Partit Nazzjonalista.
Karol Aquilina u Jason Azzopardi u Robert Aquilina huma ħaġa waħda u huwa sigriet magħruf li jiddettaw l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista u dak li għandu jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Kemm Karol Aquilina u Jason Azzopardi kienu fost dawk li ħadmu biex Bernard Grech tpoġġa fil-kariga u Aquilina ddetta lil kulħadd biex joħroġ ’il barra u nhar l-Erbgħa ma jiddikjarawx il-vot fil-Parlament fuq mozzjoni li kkundannat l-aġir tiegħu fil-konfront tal-Ispeaker meta saħansitra alluda li hu bla moħħ fost attakki oħra.
Aqra Aktar: