Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina telaq ‘il barra mil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li qed issir illejla fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà.
Aquilina li huwa magħruf għall-appoġġ li jagħti lill-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u l-petizzjonisti li qegħdin isejħu għall-vot ta’ fiduċja f’Adrian Delia biex jirriżenja minn kap tal-partit, ħareġ ‘il barra mil-laqgħa ftit tal-ħin wara li nstema’ għajjat u tisbit kbir jidwi mad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Mistoqsi minn ONE NEWS għax ma baqax għal-laqgħa sħiħa tal-Eżekuttiv, id-deputat Nazzjonalista li fl-aħħar jiem għajjar lil Pierre Portelli, l-id il-leminja ta’ Delia bħala bniedem iddisprat qal li kellu jitlaq għax għandu xi impenji.
Intant, fl-istess waqt li għaddejja l-laqgħa tal-eżekuttiv, kanvaser ewlieni ta’ Delia deher jitlewwem ma’ ġurnalist ta’ The Times.
Aktar dettalji esklussivi fl-aħbarijiet ta’ ONE NEWS tal-Erbgħa.
http://www.one.com.mt/2019/07/16/delia-jsabbat-waqt-il-laqgha-tal-ezekuttiv-jien-nissettja-d-domanda-u-nghid-min-ghandu-jitkecca/