Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jinsab f’paniku, kemm ilu li One News wera li huwa l-Kap de facto tal-Partit Nazzjonalisti.
Dan propju joħroġ minn sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon, li qalulna li Aquilina mdorri jitfa’ l-ġebla u jaħbi idu.
L-istess sorsi qalulna li Aquilina, ilu snin imexxi l-Kapijiet minn imneherihom b’arja li jagħtih l-eks strateġista Nazzjonlista Richard Cachia Caruana.
Fil-fatt, l-istorja turi li meta kien hemm Kap li ma kienx tal-qalba estrema, Karol Aquilina ħadem kemm felaħ biex ittajrlu rasu. Biex imbagħad, meta niżżel u poġġa lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia fejn ried hu, sejjaħlu ħabib tiegħu.
Aquilina huwa magħruf ukoll li jistaħba fit-telfiet u jippoppa biss fejn ir-riżultati jiffavorixxu lilu.
Madankollu, issa li nkixef li hu l-Kap de facto, Karol Aquilina m’għandux fejn jistaħba.
In-nuqqas ta’ fiduċja tal-Partit ta’ Bernard Grech fis-sondaġġi pubbliċi, qed iwasslu biex Karol Aquilina, issa qed iħoss pressjoni li qatt ma kellu għalfejn iġarrab qabel.
Sorsi qalulna, li d-deputati Nazzjonalista, li huma mdejqin bl-indħil u kilba għall-poter ta’ Aquilina, diġa’ bdew jiddiksutu bejniethom fuq kif Aquilina issa għandu r-responsabiltà jrebbaħ lil Bernard Grech u jekk le iġorr it-telfa miegħu.
Din qed iddejjaq ħafna lil Aquilina, li fil-paniku, issa spiċċa qed joħroġ il-politika estrema tiegħu fil-pubbliku.
Fil-Parlament, Aquilina iddejjaq meta ġie msejjaħ Kap de facto u rritalja billi għamel kummenti estremi.
Madanakollu huwa ma ddejjaq xejn jgħajjar lill-iSpeaker, filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qiegħed jiġi mressaq quddiem il-Kumitat dwar ksur ta’ privileġġ.