Fl-ewwel jum meta bdew l-estimi finanzjarji għall-Budget u wara d-diskorsi tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni b’rabta mal-Budget, l-Oppożizzjoni qamet tilmenta fuq il-bagalja li uża l-Ministru għall-Finanzi fil-jum tal-preżentazzjoni tal-Budget.
F’seduta parlamentari l-Erbgħa waranofsinhar, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina lmenta għax fuq il-bagalja kien hemm l-arma ta’ Malta.
It-tweġiba tal-Ministru għall-Finanzi kienet waħda skjetta u diretta.
Huwa qal,
“Nieħu pjaċir illi l-Oppożizzjoni, il-kritika lejn il-Budget tkun fuq il-bagalja li użajt għall-istess Budget. Nifhem illi n-nies li jkunu qed jarawna bħalissa, huma probbabli għandhom tbissima fuq wiċċhom. Nispera li l-Oppożizzjoni, fid-dibattiti li qed ikollhom filgħodu u filgħaxija, ikomplu jiġu b’dawn it-tip ta’ argumenti ħalli verament il-poplu jagħraf liema naħa tal-Kamra tieħu d-deċiżjonijiet li hemm, bżonn sabiex, iva nkomplu nħarsu lejn l-interessi tal-Maltin u Għawdxin.”