Wara d-disfatta kbira li kellu hekk kif ġie rrifjutat mill-elettorat, Karol Aquilina stqarr li m’għandu l-ebda kumment biex jgħati lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE u mat-Talk.mt.
Dan wara li kien avviċinat mill-kamra tal-aħbarijiet aħħarija sabiex jgħati kumment dwar ir-riżultat elettorali bħala eks deputat.
Karol Aquilina kien wieħed mill-eks deputati li taw is-siġġu tat-tmexxija tal-Partit lil Bernard Grech u issa huwa fost il-ħafna eks deputati tal-Blue heroes li ġew irrifjutati mill-elettorat.
Jidher li l-kandidat li fl-aħħar snin ma ddejjaqx jitkellem kontra kollox u kulħadd issa waqa’ fil-muta hekk kif it-togħma qarsa elettorali għadha friska sew.
Madankollu, huwa xorta ser ikun qed jittanta xortih li jerġa’ jsorġi fuq is-siġġu parlamentari hekk kif f’post fuq facebook ħabbar li ser jixħet ismu għall-elezzjonijiet każwali li ser isiru fil-jiem li ġejjin.
Fil-kitba tiegħu huwa stqarr li ser jassigura li l-votanti kollha tad-9 u l-10 distrett li vvutawlu jkollhom il-voti tagħhom msarrfa kif xtaqu huma.