Is-Sindku tas-Siġġiewi Karol Aquilina ġie elett fl-elezzjoni każwali fuq l-10 Distrett.
Dan wara tellieqa bejnu u bejn l-ex Ministru George Pullicino li baqgħet għaddejja sal-aħħar. L-avukat Aquilina ukoll se jkun wiċċ ġdid fil-Parlament.
Is-siġġu ta’ dan id-distrett tbattal mid-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo, u fit-tellieqa ma’ Aquilina u Pullicino kien hemm ukoll Graziella Attard Previ.