Wara s-suċċess ta-sena li għaddiet, il-Kunsill Lokali Ħamrun ħa jerġa’ jorganizza l-Karnival tal-Baned bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Festi Nazzjonali. Dan se jsir nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar mid-09:30 ‘l-quddiem. Is-sena li għaddiet intlaqa’ tajjeb ħafna mil-Maltin u turisti li attendew bil-bosta fejn gawdew l-atmosphera mil-isbah tal-karnival li kien hemm fi Triq il-Kbira San Guzepp.
Dan il-Karnival tal-Baned ha jieħdu sehem sitt baned, it-tlett soċjetajiet mużikali Ħamruniżi, il- banda tal-Scouts, banda oħra Maltija u Tikka Banda.
Mal-baned li ħa jiehdu sehem f’parata tul triq il-Kbira San Ġużepp ha jkunu hemm magħhom erba’ karrijiet b’temi satiriċi, fosthom ir-Re tal-Karnival.
Bosta skejjel taż-żfin se jieħdu sehem f’dan id-defile tul Triq il-Kbira San Ġużepp. Għaqdiet Ħamrunizi se jipparteċipaw u jippreżentaw karrijiet żgħar li ukoll ha jipparteċipaw bih fid-defile biex ikomplu jziedu mal-amosphera. Din is-sena ukoll ha jiehdu sehem karrozzini armati tal-karnival.
Bħas-snin li għaddew ħa terġa tkun organizzata kompetizzjoni tal-isbaħ kostum.