Aktar irħula jkomplu jidħlu fl-atmosfera tal-brijju tal-Karnival. Dan hekk kif f’Ħaż-Żabbar ukoll li se jkunu qed itellgħu attività għall-okkażjoni.
Fil-fatt, nhar it-Tnejn 3 ta’ Marzu se jittella’ l-Karnival Żabbari fit-triq prinċipali tal-lokalità, organizzat mill-kunsill lokali f’kollaborazzjoni mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.
Din l-attività se tkun qed tinkludi diversi kumpaniji ta’ żfin, mużiċisti, animaturi, karrijiet u maskeruni.
Għat-tnedija tal-attività attendew is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar, Jorge Grech.
