Għalkemm kien ikkonsultat bħala partit mill-proċess li kien għaddej bih il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker, il-Kummissarju Malti Karmenu Vella żamm id-dekasteru tiegħu.
Fl-aħħar ġimgħat midja fi Brussell irrapportat kif kien hemm iċ-ċans li Vella jintalab li jċedi biċċa mid-dekasteru għan-nominat il-ġdid tar-Renju Unit. Bħal Vella kien hemm fir-riskju ftit Kummissarji oħra. Iżda, fl-aħħar sigħat Juncker ħabbar li Julian King se jkun il-Kummissarju għall-Unjoni ta’ Sigurtà.
L-għan se jkun biex King isegwi l-implimentazzjoni tal-aġenda Ewropea marbuta mas-suġġett. Juncker ikkomunika l-missjoni ta’ King f’ittra li kitiblu lbieraħ.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/08/JUNCKER.pdf”]