Karmenu Vella ngħata l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.
Vella serva u kkontribwixxa fil-proċess demokratiku Malti għall-perjodu ta’ ‘l fuq minn 40 sena.
Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-parlament fl-1976, fejn serva għal 9 leġislaturi.
Matul il-karriera politika tiegħu huwa serva bħala Ministru f’diversi settura, iżda kien fl-2014 li ċeda s-siġġu parlamentari wara li ġie nominat bħala Kummissarju Ewropew responsabbli għall-Ambjent, Affarijiet Martittimi u Sajd.
Matul il-mandat tiegħu, Vella żviluppa wkoll rwol internazzjonali ewlieni għall-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-governanza tal-oċean.