Ilbieraħ filgħaxija l-Prinċep Albert it-tieni ppreżenta midalja tal-ordni ta’ San Karlu lil Karmenu Vella. Din il-midalja hija l-aktar rikonoxximent prestiġġjuż li jista’ jingħata f’Monaco. Matul l-aħħar ħames snin ħadem mal-Prinċep ta’ Monaco fuq diversi okkażjonijiet sabiex iqajmu iktar kuxjenza fuq il-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani.
Din mhijiex l-ewwel darba li l-Prinċep Albert it-II ta’ Monako rrikonoxxa l-ħidma ta’ Dr Vella. Is-sena li għaddiet waqt li kien qed jippreżentalu l-German Ocean Award, il-Prinċep ta’ Monaco ddeskrivieh bħala dak l-Ewropej li jinspira proġetti u għandu mirii ambizzjużi imma iżjed minn hekk għandu d-determinazzjoni biex jilħaq dawk il-miri.
Bil-ħidma ta’ Karmenu Vella bħala Kummissarju tal-Ambjent, Affarijiet Marittimi u s-Sajd l-Unjoni Ewropea saret mexxejja dinjija għall-protezzjoni tal-Oċeani.