L-eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella nħatar bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni.
Il-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li Vella għandu esperjenza vasta f’diversi setturi importanti għall-pajjiż, anke dak tal-avjazzjoni. Il-Ministru Borg qal kif iħares ‘il quddiem għal aktar ħidma b’konsultazzjoni esperta sabiex pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem.
Min-naħa tiegħu, Karmenu Vella rringrazzja lill-Ministru Borg tal-fiduċja li qed juri fih. Huwa żied jgħid li għalkemm m’għadux direttament involut fil-politika, xorta waħdu jħares ‘il quddiem sabiex bl-esperjenza li kiseb tul is-snin ikompli jagħti kontribut biex ikomplu jitmexxew ‘il quddiem bosta setturi, fosthom dak tal-avjazzjoni.