Hekk kif spiċċat l-aħħar tislima lill-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Karmenu Mifsud Bonnici, it-tebut bil-bandiera Maltija ħareġ mill-Knisja ta’ Marija Immakulata fil-Ħamrun, mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Kif it-tebut ħareġ mill-knisja, il-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Clint O’Neil għadda l-bandiera lill-familja Mifsud Bonnici.
Hawnhekk l-Avukat Mifsud Bonnici telaq għall-aħħar darba mill-Ħamrun.
L-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici twieled f’Bormla fl-1933, iżda fl-eta ta’ seba’ snin, waqt it-Tieni Gwerra Dinjija marru jgħixu l-Ħamrun.
Tul ħajtu, l-eks Prim Ministru għex fin-naħa tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun, il-festa li tant kien iħobb.
Issa l-korteo jkompli b’mod privat lejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.