L-eks Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Karmenu Mifsud Bonnici, li għandu 89 sena, jinsab rikoverat fl-Isptar Mater Dei.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq Facebook, il-Prim Ministru, Robert Abela qal li ħsibijietu jmorru ma’ Karmenu Mifsud Bonnici u awguralu fejqan ta’ malajr.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne qal li Karmenu Mifsud Bonnici jinsab fil-ħsieb u t-talb tagħna.
F’isem it-tim ta’ ONE News ukoll nawguraw fejqan ta’ malajr lid-disa’ Prim Ministru ta’ Malta.