Karl Izzo se jkun il-president il-ġdid tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akwatiku (ASA). Izzo se jieħu post Joe Caruana Curran li kien ilu fil-kariga għal dawn l-aħħar 12-il sena. L-istess Caruana Curran ftit qabel bdiet il-laqgħa ġenerali tal-ASA ħabbar li kien qed jirtira l-kandidatura tiegħu biex b’hekk witta’ t-triq għal Karl Izzo bħala l-uniku kandidat.
Intant bidla wkoll fil-kariga ta’ viċi president hekk kif Randolph Cauchi ġab l-akbar ammont ta’ voti biex għeleb l-isfida tal-viċi president ta’ qabel Carlo Mifsud.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI